ME
NU

It-Tim Kreattiv

Isma’ Ftit hu sit elettroniku li jibbaża l-ħsibijiet u l-artikli tiegħu fuq temi pożittivi u ta’ ispirazzjoni b’mod bilanċjat u ’l bogħod minn kull assoċjazzjoni politika. Isma' Ftit jemmen li jekk kumment, frażi, storja, inizjattiva jew proġett hu pożittiv u ta’ ġid, mela m’hemm xejn xi jżommu miżmum milli joħroġ fuq dan is-sit elettroniku.

Fundatur
Editur u Direttur Kreattiv
Clayton Saliba

Nemmen li kull bniedem, permezz tat-talenti tiegħu, jista’ jaħdem biex jibni dinja aqwa u aħjar, imqar b’ġest żgħir kuljum.

Kofundatur
Direttur tal-Midja
Gareth Degiorgio

Fil-ħajja dejjem tgħallimt li mis-sema 'l isfel kulħadd indaqs. Minkejja l-ostakli tal-ħajja, wieħed għandu jibqa' għaddej mingħajr ħadd ma jwaqqfu sabiex jesprimi ruħu u jasal għal dak li jixtieq.

Kontenut u Amministrazzjoni

Iltaqa' mat-tim tal-kittieba u tal-amministrazzjoni.

Kittieba
Lara Michelle
Camilleri

Ħassieba, metikoluża, nogħxa bl-arti tal-kelma, infittex it-teatru, ninfexx fil-qari bil-Malti u ta’ spiss inħarbex erba’ linji jew versi. Id-dinja ma saritx f’salt u daqstant ieħor l-element pożittiv imsawwar fija. Nemmen li tnejn mill-akbar sfidi huma li tiċċekken quddiem il-kobor u li tislet grazzja minn diżgrazzja.

Kittieba
Maria Ellul

L-interess f'dak li qed jiġri madwari dejjem kien fija b’hekk wasalt biex iggradwajt fil-politika Ewropea u d-diplomazija.

Determinata sabiex kull ġurnata nipprova nkun verżjoni aħjar tiegħi nnifsi.

Amministrazzjoni u
Kollaborazzjoni
Monique Sammut

Il-mużika, il-psikoloġija u l-kreattività huma l-passjoni tiegħi. L-ikbar ħbieb tiegħi huma l-pjanu u l-annimali. Nemmen fl-umiltà, fil-valuri li trabbejt fihom u fis-saħħa tal-arti. Nobgħod l-egoiżmu, l-inġustizzja u l-preġudizzju.

Il-ħsieb wara Isma’ Ftit għallimni dan kollu. Għallimni napprezza u nissaħħaħ fl-isfidi tal-ħajja. Għallimni ngħożż iżjed lil dawk ta’ madwari. Għallimni li l-ħajja hi sabiħa wisq.

  • Facebook
  • Instagram

Isma' Ftit hu mmexxi minn turtle.mt.

Aħna niktbu dwar: ħsibijiet, riflessjonijiet, ġrajjiet kurrenti, arti, kitbiet, tagħlim u stejjer oħra li jnisslu pożittività.

© Isma' Ftit. Kull dritt riservat 2016 - 2021