top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

120 sena mit-twelid ta' Louis Daniel Armstrong



Bħal-lum 120 sena ilu (fl-1901), twieled il-mużiċist u artist prolifiku, u l-iktar trumbettier imsemmi tal-mużika jazz, Louis Daniel Armstrong, fi New Orleans, Louisiana.


Armstrong, li kien imlaqqam “Satchmo”, "Satch", u "Pops”, telaq kmieni ħafna mill-iskola, tant li ta’ età żgħira kien beda jaħdem mal-familja Lhudija Karnofsky. Permezz tal-flus li kien qala’, irnexxielu jixtri l-ewwel kurunetta. Fl-1912, Armstrong kien spiċċa arrestat u ntbagħat fil-Colored Waif’s Home For Boys fejn hemmhekk irċieva l-ewwel taħriġ fil-mużika, li eventwalment, din l-esperjenza servietu biex jibda jmexxi l-Waif’s Home Brass Band. Hekk kif ħareġ mill-Waif’s Home, Armstrong kellu tir li jsir mużiċist professjonali.


Wara li ngħata taħriġ mingħand Joe “King” Oliver, li kien mużiċist rinomat tal-lokal, Armstrong sab xogħol stabbli bħala mużiċist, tant li s-servizz mużikali tiegħu spiċċa f’domanda kbira. Fl-1925, Armstrong beda jirrekordja l-mużika tiegħu taħt ismu għall-ewwel darba.

bottom of page