Isma' Ftit
20 sena mill-attakki terroristiċi fl-Istati Uniti tal-Amerka li baqgħu magħrufa bħala “9/11”

Bħal-lum 20 sena ilu (fl-2001), twettqu l-attakki terroristiċi fl-Istati Uniti tal-Amerka li baqgħu magħrufa bħala “9/11”.
Dan l-attakk infami involva l-ħtif ta’ erba’ ajruplani (mgħobbija bil-passiġġieri) minn militanti Iżlamiċi tal-al Qaeda. Tnejn minn dawn l-ajruplani nstaqu dritt għal ġoż-żewġ torrijiet tal-World Trade Center, fi New York, li wasslu għall-kollass totali tagħhom. Ajruplan ieħor instaq għal ġol-Pentagon, il-kwartieri ġenerali tal-militar tal-Istati Uniti, barra Washington D.C.. Ir-raba’ ajruplan niżel f’għalqa ġewwa Pennsylvania hekk kif il-passiġġieri, flimkien mal-ekwipaġġ, irnexxielhom iqumu kontra t-terroristi fl-ajruplan tagħhom u jtellfulhom il-kontroll tiegħu.
Dawn l-attakki xokkanti ħallew warajhom madwar 3,000 ruħ mejta flimkien ma’ diversi eluf oħra midruba, u servew bħala l-isfond għall-invażjoni Amerikana tal-Afganistan dik is-sena stess.
Minn Benjamin Camilleri