top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

20 sena mit-twelid tal-iPod



Bħal-lum 20 sena ilu (fl-2001), twieled l-iPod, media player li jista’ jinġarr u li sar wieħed mill-aktar prodotti revoluzzjonarji u ta’ suċċess fil-bidu tal-millennju.


L-iPod, maħluq mill-Apple, seta’ jaħżen 5GB ta’ mużika f’kaxxa bajda u rqiqa mhux akbar minn pakkett karti. It-tnedija tal-iPod kienet saret waqt avveniment speċjali iżda ċkejken fuq il-kampus tal-Apple f’Cupertino. Għadd ta’ fanatiċi tal-Apple kif ukoll il-midja wrew xettiċiżmu għall-iPod hekk kif kienu mħassba dwar il-fatt li Apple se tibda tbigħ aġġeġġi mużikali lill-konsumatur. Ħames snin u nofs wara t-tnedija, Apple biegħet 100 miljun iPod u rnexxielha taqbeż il-bejgħ tas-Sony Walkman.


L-iPod kellu fih il-logħba Brick, maħluqa minn Steve Wozni. Qabel ma Vinnie Chieco ħareġ bl-idea tal-isem “iPod”, il-prodott kien magħruf bħala P68.


Minn Benjamin Camilleri

bottom of page