top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

24 sena mill-mewt tal-Prinċipessa Diana, is-sieħeb tagħha Dodi Fayed u x-xufier Henri Paul



Bħal-lum 24 sena ilu (fl-1997), il-Prinċipessa Diana flimkien mas-sieħeb tagħha Dodi Fayed u x-xufier Henri Paul mietu f’inċident bil-karozza, huma u jaħarbu l-paparazzi. Filwaqt li Dodi u x-xufier kienu ddikjarati mejta fuq il-post, Diana mietet fi sptar f’Pariġi ftit sigħat wara, kawża tal-ġrieħi li kienet ġarrbet.


Fl-2019, Dr Richard Shepherd, patoloġista tal-forensika fir-Renju Unit, qal li l-mewta ta’ Diana setgħet tiġi evitata li kieku kienet liebsa ċinturin tas-sigurtà hekk kif l-unika persuna li salvat l-inċident kienet Trevor Rees-Jones, li ‘tul il-vjaġġ kollu kien liebes ċinturin tas-sigurtà.


Il-Prinċipessa Diana, li wliedha William u Harry kien għad kellhom biss 15 u 12-il sena rispettivament, kellha biss 36 sena meta mietet. Il-mewt ħesrem tagħha ħoloq xokk u sogħba kbira fir-Renju Unit u madwar id-dinja kollha, tant li l-funeral tagħha f’Westminster Abbey, li matulu ntqal eloġju minn ħu Diana, Earl Charles Spencer, kif ukoll kanta Sir Elton John, ġie segwit minn madwar 2.5 biljun persuna.

bottom of page