top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

27 sena mill-ewwel episodju ta’ Friends



Bħal-lum 27 sena ilu (fl-1994) intwera l-ewwel episodju ta’ Friends, sitcom Amerikana li damet tintwera kważi għaxar snin sħaħ, sa Mejju tal-2004.


Friends isegwi l-ħajjiet, l-avventuri u l-miżavventuri sikwit umoristiċi ta’ sitt iħbieb li lkoll joqogħdu fl-istess appartament: Rachel Green, Monica Geller, Phoebe Buffay, Joey Tribbiani, Chandler Bing u Ross Geller. Din is-serje ssegwi b’mod partikolari r-relazzjonijiet romantiċi li jkollhom il-karattri kemm bejniethom kif ukoll ma’ ħaddieħor.


Maqsum fuq 10 staġuni, Friends huwa magħmul minn xejn inqas minn 236 episodju, u huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa serje televiżivi li qatt eżistew.


Minn Benjamin Camilleri

bottom of page