top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

28 sena minn mindu Michael Jordan irtira mix-xena professjonali tal-basketball


Bħal-lum 28 sena ilu (fl-1993), Michael Jordan irtira mix-xena professjonali tal-basketball hekk kif qal li ma kien għad fadallu xejn aktar x’jipprova; biss irritorna f’Marzu tal-1995.


Id-dikjarazzjoni tal-irtirar tiegħu saret waqt konferenza stampa f’Chicago, liema dikjarazzjoni taha b’ċerta grazzja, umoriżmu u anki pika kompetittiva. Jordan kien stqarr li malli jirtira, kien se jokkupa ruħu bil-logħob tal-golf, bil-preżenza tiegħu fil-familja kif ukoll bl-involviment tiegħu fid-diversi korporazzjonijiet li jirrappreżenta. Iktar tard, Jordan kien qal li l-qtil ta’ missieru, James Jordan, tliet xhur qabel, għenu jieħu did-deċiżjoni għax tilef kull entużjażmu li jkompli jilgħab.


Madankollu, fit-18 ta’ Marzu 1995, Jordan ħabbar ir-ritorn tiegħu fl-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Basketball permezz tal-kelmtejn “I’m back” waqt konferenza stampa.


Minn Benjamin Camilleri

bottom of page