top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

28 sena mis-sitcom Frasier. L-iktar produzzjoni Amerikana popolari fl-aħħar tas-seklu għoxrin.



Bħal-lum 28 sena ilu (fl-1993), is-sitcom Frasier, bl-attur Kelsey Grammer fl-irwol prinċipali ta’ Dr Frasier Crane, iddebutta fuq NBC u sar wieħed mill-iktar produzzjonijiet Amerikani popolari fl-aħħar snin tas-seklu għoxrin.


Grammer dam jinterpreta l-irwol ta’ Frasier għal 20 sena, kemm għall-produzzjoni Frasier innifisha, kif ukoll għad-disa’ snin li għamel fil-produzzjoni Cheers. Dan ifisser li l-karattru ta’ Frasier Crane deher f’539 episodju. Oriġinarjament, Lisa Kudrow, wiċċ familjari mas-segwaċi ta’ Friends, kienet intgħażlet biex tinterpreta l-irwol seduċenti u sarkastiku ta’ Roz Doyle, madankollu, waqt il-provi, il-produzzjoni stqarret li l-karattru kellu jidher iktar assertiv u, minħabba f’hekk, kienu għażlu lil Peri Gilpin.


Il-produzzjoni flimkien mal-kast rebħu 37 Primetime Emmy Award u għal ħames snin wara xulxin, mill-1994 sal-1998, rebħu wkoll Primetime Emmy Award for Outstanding Comedy Series.


Minn Benjamin Camilleri


bottom of page