Isma' Ftit
301 sena mill-fondazzjoni tal-Istat ta’ San Marino

Bħal-lum 1720 sena ilu (fit-301), ġie fondat dak li llum huwa magħruf bħala l-Istat ta’ San Marino, jew inkella, ir-Repubblika Serenissima ta’ San Marino.
Dan huwa l-iżgħar pajjiż indipendenti fl-Ewropa wara l-Belt tal-Vatikan u Monaco. San Marino hija l-eqdem repubblika kostituzzjonali fid-dinja u tinkludi fi ħdanha madwar 33,000 ċittadin biss. Dan il-pajjiż żgħir huwa wkoll wieħed mill-eqdem stati fid-dinja, u ġie fondat mill-qaddis San Marinu.
Dan il-pajjiż sovran huwa kompletament iċċirkondat mit-territorju tar-Repubblika tal-Italja, li madankollu ma jappartjenix lilha. San Marino mhuwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea iżda juża l-ewro bħala munita.
Minn Benjamin Camilleri