Maria Ellul
60,000 ruħ iniżżlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin
Updated: Jun 11, 2021

S'issa 60,000 ruħ niżżlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin mindu sar disponibbli. Dan ukoll fl-isfond li dan iċ-ċertifikat ġie rikonoxxut mill-Parlament Ewropew bħala mezz kif wieħed jista' jsiefer lejn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea.
Permezz ta' dan iċ-ċertifikat, se jkunu jistgħu jsiru wkoll attivitajiet lokali fix-xhur li ġejjin. Dettalji dwar dan se jkunu qed jingħataw separatament f'konferenza tal-aħbarijiet li se ssir għada, liema konferenza hi mmirata biex twitti t-triq għal attivitajiet kulturali kkontrollati li se jsiru minn Lulju li ġej.