top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

76 sena mill-bomba atomika fuq Hiroshima, il-Ġappun



Bħal-lum 76 sena ilu (fl-1945), l-Istati Uniti tefgħu bomba atomika fuq Hiroshima, il-Ġappun, u qerdet il-maġġorparti tal-belt, bil-għan li jitħaffef it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija.


Madwar 70,000 persuna f’Hiroshima sfaw maqtula immedjatament fl-ewwel splużjonijiet iżda, aktar tard, in-numru ta’ vittmi kompla jiżdied sostanzjalment minħabba r-radjazzjoni, ħruq, uġigħ, mard u nutrizzjoni ħażina. Din kienet l-ewwel darba li ġew użati armi nukleari waqt gwerra. F’Mejju tal-1945, il-Ġermanja kienet ċediet lill-Alleati iżda t-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha għaddejja fl-Asja hekk kif l-Alleati kienu qed jiġġieldu biex jiksbu lill-Ġappun.


L-Istati Uniti emmnet li jekk kemm-il darba titfa’ bomba nukleari fuq il-Ġappun, wara li aktar kmieni Tokyo kienet irrifjutat l-ultimatum għall-paċi, kienet se ġġiegħel lill-Ġappun iċedi malajr. Iċ-ċediment uffiċjali tal-Ġappun seħħ fit-2 ta’ Settembru 1945.

bottom of page