top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

76 sena mill-pubblikazzjoni tal-ktieb klassiku 'Animal Farm' tal-awtur Ingliż George Orwell



Bħal-lum 76 sena ilu, (fl-1945), l-awtur Ingliż George Orwell ippubblika l-ktieb satiriku u allegoriku Animal Farm, li llum il-ġurnata hu meqjus bħala ktieb klassiku. Il-ktieb jirrakkonta l-istorja ta’ grupp ta’ annimali f’razzett li jirribellaw kontra l-bidwi tiranniku, bit-tama li joħolqu soċjetà fejn l-annimali jistgħu jkunu ugwali, liberi u kuntenti.


Fl-aħħar, ir-ribelljoni tispiċċa ttraduta hekk kif ir-razzett jisfa fi stat agħar milli kien qabel, taħt id-dittatura ta’ annimal wieħed, Napoleon, li jispiċċa jabbuża u jimmaltratta lill-annimali l-oħra kif kien jagħmel il-bidwi. Dan ir-rakkont hu bbażat fuq l-avvenimenti tar-revoluzzjoni tar-Russja tal-1917 u t-tradiment minn Joseph Stalin. L-annimali huma kollha rappreżentazzjoni tal-politiċi, votanti u ħaddiema Russi.


Il-ktieb joħroġ il-messaġġ li “all animals are equal but some are more equal than others”.

bottom of page