top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

81 sena mill-“Blitz” fuq Londra u bliet oħra fir-Renju Unit



Bħal-lum 81 sena ilu (fl-1940), fl-4pm, bdiet dik magħrufa bħala l-“Blitz”, li kienet kampanja intensiva ta’ bumbardament mill-ajru mill-ajruplani tal-Ġermanja Nażista fuq Londra u bliet oħra fir-Renju Unit.


Il-kelma “Blitz” ġejja mill-kelma Ġermaniża “Blitzkrieg” (li tfisser “gwerra [bħal] sajjetta”). Wara l-waqgħa ta’ Franza u ta’ diversi pajjiżi alleati, l-aħħar ostaklu għal rebħa Nażista fil-kontinent Ewropew kien biss il-Gran Brittanja, liema pajjiż irrifjuta milli jaċċetta paċi ddettata minn Adolf Hitler. F’Settembru 1940, bl-intenzjoni li jkisser l-ispirtu tal-poplu Ingliż, Hitler ordna l-bidu ta’ kampanja ta’ terrur fuq iċ-ċentri ppopolati. L-effett kien devastanti.


Lejl u nhar bdiet nieżla xita ta’ bombi li qerdet jew ikkawżat ħsara lil miljuni ta’ residenzi, sptarijiet, knejjes, mużewijiet, ħwienet, teatri, monumenti (inkluż il-Palazz ta’ Buckingham) u iktar. Ħafna sfaw bla saqaf u madwar 43,000 persuna tilfu ħajjithom.


minn Benjamin Camilleri

bottom of page