top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

94 sena mill-mewt ta' Isadora Duncan, pijuniera taż-żfin espressiv u modern



Bħal-lum 94 sena ilu (fl-1927), Isadora Duncan, pijuniera taż-żfin espressiv u modern, mietet fi Franza hekk kif ix-xalla twila li kienet liebsa tħabblet mar-rota ta’ wara tal-karozza miftuħa li kienet riekba fiha.


Dak il-lejl, Duncan kienet passiġġiera fil-vettura Amilcar CGSS li kienet tal-mekkanik Benoît Falchetto. Duncan kienet liebsa xalla twila tal-ħarir iddekorata bl-idejn, u li kienet tathielha rigal seħbitha Mary Desti. Qabel ma Duncan telgħet fil-karozza, Desti kienet tat parir lil Duncan biex tilbes ġakketta minħabba l-ksieħ li kien qed jagħmel, iżda Duncan kienet qaltilha li kienet se tilbes ix-xalla li tatha. Desti stqarret li hekk kif il-karozza kienet telqet minn fuq il-post bl-għan li Falchetto u Duncan imorru dawra mar-Riviera ta’ Nizza, Desti kienet sejħet lil Duncan immedjatament biex twissiha dwar ix-xalla.


Madankollu, ix-xalla laħqet qabdet mar-rota u l-fus ta’ wara, tant li Duncan inġibdet minn ġol-karozza u bl-impatt inkiser għonqha u mietet fuq il-post.


minn Benjamin Camilleri

Tags:

bottom of page