Isma' Ftit
A Midsummer’s Red Dream - "Qatt m'jien ser inkun naf kif inti tara l-aħmar..."

A Midsummer’s Red Dream ser tiftaħ fit-22 ta' Ġunju u għandha sas-17 ta' Lulju ġewwa BOCO, Boutique Hotel imżewqa bl-arti, ġewwa Bormla.
Dawn se jkunu l-artisti li ser ikunu se jieħdu sehem f'din il-wirja: Debbie Bonello, Darren Tanti, Antoine Farrugia, Clint Calleja, Davel Calleja, Sarah Calleja, Jo Dounis, Madeleine Gera, Rune Bo Jakobsen, Victor Agius, Andrew Borg, Henry Falzon, Johanna Barthet, Stephen Saliba, Fabio Borg.
Art Sweven huma l-kuraturi ta' din il-wirja.
"Qatt m'jien ser inkun naf kif inti tara l-aħmar, u int qatt m'int ser tkun taf kif narah jien" - Anne Carson, Autobiography of Red
Aħseb fl-aħmar, aħseb fis-Sajf, oħlom… Is-suġġett għall-ewwel wirja t'arti ġewwa BOCO idur ma' dawk it-tliet kelmiet, li jqajmu sens ta' stimulu u ispirazzjoni. F'din il-wirja t'arti marbuta mal-kulur aħmar, l-artisti ġew mistiedna sabiex jesprimu ruħhom billi jkunu kreattivi. Għandhom il-libertà li permezz ta' xogħolhom, kemm astratt u anke permezz ta' xogħlijiet b'messaġġ dirett joħolqu atmosfera ta' Sajf tal-ħolm, u anke jistgħu jikkontradixxu din it-tema.
Il-kulur aħmar jirrifletti ħafna tifsiriet u simboli differenti, minn sens ta' rebħa, nobiltà għal sagrifiċċju, periklu, kuraġġ, sħana, passjoni, sesswalità, rabja, imħabba, ferħ; fost oħrajn.
It-titlu għal din il-wirja ġie inspirat mill-kulur Pantone, l-iskala t'aħmar magħżul għall-ewwel kamra ġewwa BOCO, li tinsab malli tidħol bin-numru 181. Din il-kamra kienet miftuħa flimkien mat-terazzin privat tagħha, waqt il-ftuħ tal-wirja A Midsummer’s Red Dream.
A Midsummer’s Red Dream fetħet fit-22 ta' Ġunju u għandha sas-17 ta' Lulju ġewwa BOCO, Bormla.