top of page
ME
NU
  • Writer's pictureClayton Saliba

AGĦTI WIDEN - produzzjoni li tiċċelebra l-identità kulturali Maltija



L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tippreżenta “Agħti Widen”, spettaklu li

jgħaqqad il-mużika sinfonika mal-vidjografija b’temi ta’ ritwali, l-ambjent

naturali, s-snajja u l-festi Maltin. “Agħti Widen” se jittella’ ġewwa Pjazza Teatru

Rjal nhar l-10 u l-11 ta’ Settembru fit-8pm.


Dan il-proġett se jieħu l-udjenza fuq vjaġġ mill-isbaħ ta’ mużika u xenografija,

kif ukoll ħsejjes awtentiċi Maltin minsuġa f’narrattiva unika. Il-ħsejjes tal-mewġ,

it-tokki tal-kampnar, iċ-ċekċik taċ-ċombini tal-bizzilla (u aktar) se jingħaqdu

ħaġa waħda mal-orkestra.


Mużika u direzzjoni ta’ Ruben Zahra, kliem ta’ Trevor Żahra, bil parteċipazjoni ta’

l-Malta Philharmonic Orchestra taħt id-direzzjoni tas-surmast Pavel Šnajdr u ta’

KorMalta taħt id-direzzjoni tas-surmast Riccardo Bianchi.



Biljetti minn showshappening.com.


Din il-preżentazzjoni se tkun qed issir taħt il-patroċinju tal-E.T George Vella, il-

President ta’ Malta.

bottom of page