top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

ART INTERRUPTED - L-intrigu u l-faxxinu tal-immaġinazzjoni f'din il-wirja kollettiva tan-Non Finito


Judith and Weinstein | Darren Tanti

Ġewwa 'Il-Kamra ta’ Fuq' , fl-Imqabba għaddejja wirja kollettiva li tesplora t-tema tan-Non Finito. Din għandha mid-19 ta’ Marzu sas-17 t'April 2022. F'din l-esibizzjoni tmien artisti ġew mistiedna jippreżentaw biċċiet tal-arti li mhumiex kompluti. Din l-esibizzjoni hi kkurata minn Melanie Erixon, għal Art Sweven.




L-Artisti:


Mario Abela, Alex Attard, Aaron Bezzina, Daniel Borg, Gabriel Buttigieg, Debbie Caruana Dingli, Antoine Farrugia u Darren Tanti.


Fl-istorja tal-arti nsibu bosta biċċiet tal-arti li mhumiex kompluti, dan iseħħ minħabba raġunijiet varji. Fosthom wieħed jista’ jsemmi, meta artist jiddeċiedi li jabbanduna biċċa xogħol ghax ikun tilef l-interess jew biex jibda jaħdem fuq xi ħaġa oħra; raġuni oħra jaf tkun li l-artist jiddeċiedi li jieqaf għax iħoss li sa fejn wasal b'xogħlu kapaċi iwassal messaġġ. Jista’ jagħti l-kas ukoll li biċċiet tal-arti fl-istorja baqgħu mhux kompluti ghax l-artist ikun għadda għal ħajja oħra, qabel ma jkun temm il-biċċa xogħol. Artist jista' jiddeċiedi li jieqaf jaħdem sabiex jinvolvi aktar lill-udjenza, dan meta iħallihom liberi jiffinalizzaw l-biċċa xogħol f'moħħhom, skont l-ideat, l-esperjenzi u l-ħsus tagħhom.

Għaldaqstant in-Non-Finito u kif jirrifletti ċar fl-isem tal-esibizzjoni ART INTERRUPTED, joħloq element ta’ intrigu u faxxinu, meta l-individwu li qiegħed japprezza l-arti isib ruħu jiddependi fuq l-immaġinazzjoni personali tiegħu sabiex jitkomplew u jiffinalizzaw dawn il biċċiet t'arti.



Hypothetical Blue | Mario Abela


Din l-esibizzjoni għandha mid-19 ta’ Marzu sas-17 t'April 2022 u hija kkurata minn Melanie Erixon, għal Art Sweven. Għal aktar informazzjoni żur: ART INTERRUPTED u Il-Kamra ta' Fuq


bottom of page