top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Bħal-lum 243 sena ilu jinfetaħ għall-ewwel darba t-teatru tal-opra La Scala f’Milan



Bħal-lum 243 sena ilu (fl-1778), infetaħ għall-ewwel darba t-teatru tal-opra La Scala f’Milan b’Antonio Salieri jidderieġi Europa Riconosciuta.


Il-bini ta’ La Scala ssostitwixxa teatru li kien inħaraq iktar kmieni. Matul is-snin, it-teatru ngħalaq matul l-Ewwel Gwerra u t-Tieni Gwerra Dinjija, u fl-2001 minħabba rinovar estensiv. F’Diċembru tal-2004, La Scala reġa’ nfetaħ għall-pubbliku u, għal darb’oħra reġgħet tkantat Europa Riconosciuta.


Ir-repertorju ta’ La Scala hu aktar vast minn teatri famużi oħra għax jinkludi għadd kbir ta’ xogħlijiet li l-bniedem tat-triq ma jkunx daqstant familjari magħhom, però fl-istess ħin jinħoloq bilanċ permezz tal-inklużjoni ta’ numru limitat ta’ xogħlijiet popolari u favoriti. Fis-seklu 19, il-kompożitur Giuseppe Verdi kien assoċjat ma’ dan it-teatru.

bottom of page