Maria Ellul
Belt fuq il-baħar minħabba żieda fil-livelli tal-baħar

Ditta Olandiża tal-Ippjanar u l-Arkitettura qed taħdem mal-Maldivi biex toħloq belt f'wiċċ l-ilma ta' 200 ettaru. Din il-belt ser tkun qed tinkorpora inzijattivi relatati ma' l-enerġija ħadra sabiex tkompli ssaħħaħ in-nazzjon fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
Il-Maldivi huwa l-aktar nazzjon baxx fid-dinja b'hekk f'riskju li jsir inabitabbli hekk kif id-dinja tkompli tissaħħan u l-livell tal-ilma jkompli jiżdied.
L-idea wara din l-inizjattiva hija li wieħed jitgħallem jadatta għat-tibdil fil-klima mhux ikompli jeqred in-natura. Intant, kelliem għal-Maldivi qal "Fil-Maldivi, ma nistgħux inwaqqfu l-mewġ, imma nistgħu nitilgħu magħhom."