Lara Michelle Camilleri
Bħal-lum 107 snin ilu bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija fejn mietu aktar minn 16-il miljun persuna

Bħal-lum 107 snin ilu (fl-1914) bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija hekk kif ġie assassinat l-Arċiduka Franz Ferdinand tal-Awstrija li kien maħsub li jkun l-eredi tat-tron tal-Awstrija-Ungerija.
Il-qtil tiegħu rriżulta fi gwerra madwar l-Ewropa kollha li tawlet sal-1918. Matul dan il-kunflitt dinji, il-Ġermanja, l-Awstrija-Ungerija, il-Bulgarija u l-Imperu Ottoman iġġieldu kontra l-Gran Brittanja, Franza, ir-Russja, l-Italja, ir-Rumanija, il-Ġappun u l-Istati Uniti. Sa ma l-gwerra ġiet fi tmiemha, aktar minn 16-il miljun persuna – suldati u persuni ċivili – sfaw mejta.
Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Gran Brittanja, Franza, l-Istati Uniti u l-Italja imponew għadd ta’ termini fuq il-pajjiżi telliefa permezz ta’ trattati li ġew maqbula waqt il-Konferenza ta’ Pariġi dwar il-Paċi fl-1919, bit-Trattat ta’ Versailles mal-Ġermanja jkun l-iktar trattat imsemmi.