Lara Michelle Camilleri
Bħal-lum 118-il sena ilu, Maurice Garin jirbaħ l-ewwel edizzjoni tat-Tour de France

Bħal-lum 118-il sena ilu (fl-1903), iċ-ċiklist Franċiż Maurice Garin rebaħ l-ewwel edizzjoni tat-Tour de France, li kienet tkopri 2,428 kilometru.
It-Tour de France tal-1903 kienet l-ewwel tellieqa bir-roti li qatt ġiet organizzata u sponsorjata mill-gazzetta L’Auto, antenata tal-gazzetta attwali L’Equipe. Din it-tellieqa, li bdiet fl-1 ta’ Lulju u damet sad-19 ta’ Lulju, kienet maqsuma f’sitt stadji. Oriġinarjament, it-tellieqa kienet skedata li tibda f’Ġunju, madankollu, ġiet posposta b’xahar u l-ammont ta’ flus li kien se jingħata bħala rigal lil min jirbaħ kien żdied, hekk kif l-organizzaturi ma kinux irċevew daqstant applikazzjonijiet mingħand ċiklisti. L-idea wara dit-tellieqa kienet biex tingħata spinta lid-distribuzzjoni tal-gazzetta L’Auto hekk kif bdiet tieħu daqqa ‘l isfel hi u tikkompeti mal-gazzetta Le Vélo.
Waqt u wara l-ewwel edizzjoni tat-Tour de France, il-gazzetta L’Auto spiċċat splodiet fil-bejgħ, tant li kien ġie deċiż li s-sena ta’ wara terġa’ tiġi organizzata tellieqa oħra.