Lara Michelle Camilleri
Bħal-lum 12-il sena ilu, il-kantant Michael Jackson imut kawża ta’ taħlita ta’ sedattivi
Updated: Jun 26, 2021

Bħal-lum 12-il sena ilu (fl-2009), il-kantant u ż-żeffien Amerikan Michael Jackson, li kien magħruf bħala r-“Re tal-Pop” miet kawża ta’ taħlita ta’ sedattivi, fosthom propofol u lorazepam.
It-tabib ta’ Jackson, Conrad Murray, ġie akkużat b’omiċidju involontarju hekk kif fil-lejl tal-24 ta’ Ġunju tal-2009, hu amministra serje ta’ pilloli biex jgħin lil Jackson jorqod, hekk kif, allegatament, Jackson kien ordna lit-tabib biex iġiegħlu jorqod wara lejl twil ta’ provi bi preparazzjoni għall-kunċerti fl-O2 Arena ta’ Londra. Fis-sena ta’ mewtu, jiġifieri fl-2009, Jackson kien l-aktar artist li l-mużika tiegħu kienet qed tiġi mibjugħa fl-Istati Uniti.
Tnax-il xahar wara mewtu, inbiegħu madwar 35 miljun album madwar id-dinja.