top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Bħal-lum 131 sena ilu jmut l-artist Vincent van Gogh


Almond blossom, (xellug), 1890, Starry night, 1889, (lemin); Vincent Van Gogh, 1889, (ċentru)
Almond blossom, (xellug); 1890, Starry night, 1889, (lemin); Vincent Van Gogh, 1889, (ċentru)

Bħal-lum 131 sena ilu (fl-1890), l-artist Vincent Willem van Gogh, li kien wieħed mill-aqwa artisti tal-post-Impressjoniżmu, miet f’Auvers-sur-Oise, Franza, jumejn wara li spara lilu nnifsu.


Minkejja li r-raġuni wara s-suwiċidju mhijiex ċara, mill-ittri li kien jikteb hu stess, kien jagħti x’jifhem li kien mentalment instabbli. Barra minn hekk, kien iħossu eżawrit mil-livelli għolja li kien jimmira għalihom fix-xogħol tiegħu, tant li kien iħossu inċert mill-futur tiegħu stess u kien iħoss li kien falla, kemm bħala bniedem kif ukoll bħala artist. Ix-xogħlijiet ta’ van Gogh kisbu popolarità wara mewtu, b’mod speċjali fl-aħħar tas-seklu għoxrin, hekk kif, waqt irkant, xogħlu beda jinbiegħ għal somom fenomenali.


Uħud mix-xogħlijiet tiegħu kienu The Potato Eaters, Vase With Fifteen Sunflowers, The Bedroom, The Starry Night u Wheatfield With Crows.

bottom of page