top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Bħal-lum 16-il sena, is-sistema tat-trasport f’Londra sfat milquta minn attakki ta’ bombi suwiċidali



Bħal-lum 16-il sena ilu (fl-2005), is-sistema tat-trasport f’Londra sfat milquta minn attakki koordinati ta’ bombi suwiċidali.


Dakinhar, 52 persuna sfaw maqtula u iktar minn 700 persuna spiċċaw feruti. L-attakki bil-bombi, li huma magħrufa bħala l-attakki tas-7 ta’ Lulju jew l-attakki 7/7, seħħew filgħodu fid-8.50 hekk kif numru ta’ splużjonijiet seħħew simultanjament fi tliet ferroviji taħt l-art fejn inqatlu 39 persuna. Kmieni filgħodu, il-grupp terroristiku kien qabad ferrovija għall-istazzjon ta’ King’s Cross fejn imbagħad inqasam fi tnejn: żewġ terroristi kienu qabdu s-Circle Line u tnejn oħra l-Piccadilly Line. Il-bombi ħadu f’ferroviji li kienu sejrin Russell Square, Aldgate u Edgware Road.


Siegħa wara, 13-il persuna oħra nqatlu meta bomba ħadet fil-parti ta’ fuq ta’ karozza tal-linja f’Tavistock Square.

bottom of page