top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Bħal-lum 211-il sena ilu twieled P.T. Barnum, wieħed mill-missierijiet taċ-ċirklu fl-Istati Uniti



Bħal-lum 211-il sena ilu (fl-1810) twieled l-Amerikan P.T. Barnum, raġel tal-ispettaklu, li flimkien ma’ James A. Bailey irnexxielhom jippopolarizzaw l-ispettaklu massiv taċ-ċirklu fl-Istati Uniti.


Fl-1842, Barnum xtara mużew tal-irħam ta’ ħames sulari fi New York u ttrasformah f’mużew tal-attrazzjonijiet, b’kuntesti tas-sbuħija, spettakli anormali, u għadd ta’ tableaux. Barnum u Bailey iddefinixxew l-immaġni taċ-ċirklu: bl-annimali, bil-mużika, bl-akrobatiċi, bil-buffi u bl-artisti tat-trapeż hekk kif, fl-1881, għaqqdu ż-żewġ ċirkli separati tagħhom f’ċirklu wieħed li kien iġib l-isem ta’ Barnum & Bailey’s Circus.


Fl-1919, Barnum & Bailey’s Circus ingħaqad ma’ Ringling Brothers Circus hekk kif fid-disgħinijiet kompla bis-suċċessi tiegħu.

bottom of page