Lara Michelle Camilleri
Bħal-lum 23 sena ilu, ħareġ il-film Saving Private Ryan ta' Steven Spielberg

Bħal-lum 23 sena ilu (fl-1998), ħareġ il-film Saving Private Ryan, liema film kiseb suċċess enormi u rebaħ ħames Academy Awards, fosthom l-unur għall-aħjar direttur - Steven Spielberg.
Spielberg idderieġa Saving Private Ryan bħala memorja għal missieru, Arnold Spielberg, li serva fl-Armata tal-Istati Uniti u qeda dmiru f’Burma matul it-Tieni Gwerra Dinjija bħala operatur tar-radju fl-iskwadra B-25. Sabiex l-atturi jidħlu fl-ispirtu tat-Tieni Gwerra Dinjija u jesperjenzaw togħma żgħira minn dak li verament ġarrbu s-suldati, l-atturi prinċipali ħadu sehem f’boot camp ta’ għaxart ijiem fejn hemmhekk kellhom jaddattaw għal sitwazzjoni ta’ gwerra, jitgħallmu jimmarċjaw, jgħixu fit-tined u jieklu l-MREs (Meal, Ready-to-Eat).
Il-ġbid tax-xena D-Day kien jinħtieġ aktar minn 15% tal-baġit kollu allokat għall-film hekk kif dik ix-xena waħedha swiet madwar 12-il miljun dollaru Amerikan.