Lara Michelle Camilleri
Bħal-lum 24 sena ilu jinqatel id-disinjatur tal-ħwejjeġ Giovanni Maria Versace

Bħal-lum 24 sena ilu (fl-1997), id-disinjatur tal-ħwejjeġ Taljan Giovanni Maria Versace, jew aħjar, Gianni Versace, inqatel minn Andrew Cunanan quddiem id-dar tiegħu stess f’Miami Beach fl-età ta’ 50 sena.
Qabel ma Cunanan qatel lil Versace, Cunanan kien qatel erba’ persuni oħra u għaldaqstant kien wieħed mill-aktar persuni mfittxija mill-FBI. Tmint ijiem wara l-assassinju ta’ Versace, Cunanan kien instab mejjet fid-dgħajsa tiegħu stess hekk kif kien ikkommetta suwiċidju.
Dak iż-żmien, Versace kien wieħed mill-aktar stilisti prominenti, tant li kien tqabbad kemm-il darba biex jiddisinja l-ilbies tal-Prinċipessa Diana, Madonna, u Elton John.