ME
NU
  • Isma' Ftit

Bħal-lum 245 sena ilu ġie adottat l-isem tal-“Istati Uniti” tal-Amerka minflok il-“Kolonji Uniti”



Bħal-lum 245 sena ilu (fl-1776), il-pajjiż tal-“Istati Uniti” tal-Amerka, li kien qiegħed jitwieled, adotta dan l-isem il-ġdid minflok il-“Kolonji Uniti” kif kien magħruf qabel.


Dan seħħ permezz ta’ dikjarazzjoni tal-Kungress Kontinentali li kien il-gvern rivoluzzjonarju tal-kolonji Amerikani, liema kolonji kienu ilhom diversi xhur fi stat ta’ ribelljoni mdemmija kontra l-Gran Brittanja. Iktar kmieni dik is-sena, l-istess Kungress kien iddikjara l-indipendenza ta’ dawn l-eks kolonji u, bil-magħmudija ta’ dan il-perjodu turbolenti, id-destini taż-żewġ pajjiżi ġew mifruda darba għal dejjem.


minn Benjamin Camilleri

  • Facebook
  • Instagram

Isma' Ftit hu mmexxi minn turtle.mt.

Aħna niktbu dwar: ħsibijiet, riflessjonijiet, ġrajjiet kurrenti, arti, kitbiet, tagħlim u stejjer oħra li jnisslu pożittività.

© Isma' Ftit. Kull dritt riservat 2016 - 2021