top of page
ME
NU
  • Writer's pictureClayton Saliba

Bħal-lum 25 sena, il-grupp tal-mużika pop Spice Girls iddebutta bl-ewwel single tiegħu, Wannabe




Bħal-lum 25 sena ilu (fl-1996), il-grupp tal-mużika pop Spice Girls iddebutta bl-ewwel single tiegħu Wannabe, liema kanzunetta ħolqot sensazzjoni internazzjonali.


Wannabe kienet telgħet fil-quċċata tal-klassifika tal-kanzunetti Ingliżi u żammet l-ewwel pożizzjoni għall-maġġoranza tas-sajf kif ukoll spiċċat fil-quċċata tal-klassifika fi 30 pajjiż. Fl-istess żmien, artiklu fil-magażin Top of the Pops kien sejjaħ lit-tfajliet Ginger, Sporty, Posh, Scary u Baby, liema ismijiet intlaqgħu mill-grupp, mill-ammiraturi, u mill-midja.


Spice Girls inħoloq meta Geraldine Estelle Halliwell, Melanie Janine Brown, Melanie Jayne Chisholm, Emma Lee Bunton u Victoria Adams kienu wrew interess f’reklam li deher f’magażin fl-1993 biex jiġi “mmanifatturat” grupp tal-pop magħmul min-nisa.

bottom of page