top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Bħal-lum 36 sena ilu, twieled l-għawwiem Amerikan Michael Phelps



Bħal-lum 36 sena ilu (fl-1985), twieled l-għawwiem Amerikan Michael Phelps li rnexxielu jikseb 28 medalja waqt il-Logħob Olimpiku.


Meta kellu 15-il sena, Phelps ikkompeta għall-ewwel darba fl-Olimpjadi tas-sena 2000 bħala parti mit-tim tal-għawm tal-irġiel tal-Istati Uniti. Hu kien ġie fil-ħames post fil-butterfly tal-200 metru. Minn hemm ’il quddiem, beda jiddomina kull logħba fl-Olimpjadi. Phelps beda jitgħallem jgħum fl-età ta’ 7 snin; l-ewwel raġuni kienet għaliex tħajjar minn ħutu l-bniet u xtaq jipprova l-isport tal-għawn, u t-tieni kienet li minħabba li hu, bħala tifel, kellu ħafna enerġija, ommu ħasset li l-għawn seta’ jgħinu jikkontrollaha.


Meta kellu għaxar snin spiċċa jingħaqad ma’ North Baltimore Aquatic Club għax kien skopra kemm fil-verità kien sar iħobb l-għawm. Permezz tal-kowċ tiegħu, Bob Bowman, li kien irrikonoxxa l-potenzjal kbir ta’ Phelps, Phelps beda jittrenja b’aktar serjetà tant li għas-16-il sena li segwew, Bowman u Phelps daru d-dinja jikkompetu internazzjonalment.

bottom of page