top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Bħal-lum 40 sena ilu jiġi mniedi l-istazzjon televiżiv MTV



Bħal-lum 40 sena ilu (fl-1981), eżatt wara nofsillejl, ġie mniedi l-istazzjon televiżiv MTV permezz tal-vidjow mużikali Video Killed the Radio Star tal-grupp Buggles.


Fil-bidu, l-istazzjon MTV beda jsegwi l-format ta’ Top 40 Radio hekk kif bejn vidjow mużikali u ieħor, il-preżentaturi kienu jitħaddtu dwar l-aħbarijiet mużikali li kienu qed jiddominaw dak iż-żmien. Madankollu, l-MTV dam biex qabad minħabba l-fatt li t-televixin bil-cable kien għadu kkunsidrat bħala lussu u anki minħabba r-ripetizzjoni kontinwa tal-vidjows mużikali li kienu qegħdin jintwerew. Aktar tard, l-MTV beda jinkludi artisti tal-mużika R&B b’elementi pop, gospel, blues u jazz. Filwaqt li dan l-istazzjon għen fis-suċċess ta’ artisti ġodda, bħal Madonna u Duran Duran, irnexxielu jerġa’ jagħti l-ħajja lill-artisti veterani bħal Tina Turner, Peter Gabriel u ZZ Top.


L-MTV biddel l-industrija tal-mużika għax beda jagħti importanza mhux biss lill-ħoss tal-kanzunetti iżda wkoll lill-immaġni tal-vidjows mużikali tal-kanzunetti.


bottom of page