Lara Michelle Camilleri
Bħal-lum 408 snin ilu, waqt wirja teatrali ta’ ‘Henry VIII’ it-Teatru Globe jinqered għalkollox

Bħal-lum 408 snin ilu (fl-1613), waqt wirja teatrali ta’ ‘Henry VIII’ ta’ William Shakespeare, it-Teatru Globe nqered għalkollox fi żmien siegħa, hekk kif, inċidentalment, is-saqaf ħa n-nar minħabba sparatura minn kanun li kien qiegħed fuq il-palk biex jenfasizza d-dħul ta’ Henry VIII.
Għall-bidu, ħadd mill-udjenza ma kien ta kas minħabba li l-attenzjoni kienet kollha kemm hi fuq id-dramm. Però, fi ftit minuti, is-saqaf, peress li kien magħmul mit-tiben, sar ħuġġieġa waħda u n-nirien bdew jibilgħu l-istruttura tat-teatru, li kienet kollha fuq l-injam. L-evakwazzjoni mit-teatru kienet panikuża għalkollox, tant li l-udjenza ħalliet il-kowtijiet warajha.
Sena wara, it-teatru kien reġa’ nbena u fetaħ il-bibien għall-pubbliku. F’dan it-teatru, il-maġġoranza tad-drammi ta’ Shakespeare raw il-bidu tagħhom.