top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Bħal-lum 42 sena, l-Istati Uniti nediet għall-ewwel darba l-munita tad-dollaru ta’ Susan B. Anthony


Bħal-lum 42 sena ilu (fl-1979), l-Istati Uniti nediet għall-ewwel darba l-munita tad-dollaru ta’ Susan B. Anthony, b’Anthony tkun l-ewwel mara li qatt dehret fuq munita tal-Istati Uniti.


Dil-munita, li ssostitwixxiet lil dik ta’ Eisenhower u ġiet illeġiżlata taħt il-presidenza ta’ Jimmy Carter, ġiet stampata mill-1979 sal-1981 u iktar tard fl-1999. Anthony kienet attivista Amerikana u pijuniera tal-Moviment tas-Suffraġju tan-Nisa tal-Istati Uniti tant li, fl-1892, kienet ġiet eletta bħala president tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Suffraġju tan-Nisa.


L-attiviżmu tagħha għen sabiex fl-1920 tiġi emendata l-Kostituzzjoni biex tagħti d-dritt tal-vot lin-nisa.

bottom of page