ME
NU
  • Lara Michelle Camilleri

Bħal-lum 465 sena ilu jmut Sant’Injazju ta’ Loyola li kien il-fundatur tal-Ordni tal-Ġiżwiti



Bħal-lum 465 sena ilu (fl-1556), miet Sant’Injazju ta’ Loyola li kien il-fundatur tal-Ordni tal-Ġiżwiti tal-Knisja Kattolika.


Fl-1521, Injazju laħaq uffiċjali fl-armata Spanjola u waqt il-battalja ta’ Pamplona, siequ kienet intlaqtet minn balla ta’ kanun, tant li kellu jqatta’ sena f’konvalexxenza. Matul dan il-perjodu, Injazju kien staqsa jekk kienx hemm kotba dwar il-kavallerija fil-kastell fejn kien qiegħed jistrieħ, madanakollu, peress li ma kienx hemm, kienu ġabulu kotba dwar il-ħajja ta’ Kristu u bijografiji tal-qaddisin, liema kotba kienu instigawlu mħabba indeskrivabbli għal dan is-suġġett.


Sant’Injazju rnexxielu jerġa’ jagħti definizzjoni lill-kelma ‘qdusija’ hekk kif ix-xewqa tiegħu kienet li l-Ġiżwiti jqattgħu ħafna minn ħinhom f’postijiet relattivament sekulari, bħal pereżempju fil-klassijiet tal-iskola – jgħallmu b’mod inqas dirett dwar il-Bibbja u d-duttrina tal-Knisja filwaqt li jfittxu lil Alla f’kull ħaġa li jagħmlu.

  • Facebook
  • Instagram

Isma' Ftit hu mmexxi minn turtle.mt.

Aħna niktbu dwar: ħsibijiet, riflessjonijiet, ġrajjiet kurrenti, arti, kitbiet, tagħlim u stejjer oħra li jnisslu pożittività.

© Isma' Ftit. Kull dritt riservat 2016 - 2021