top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Bħal-lum 5 snin ilu, miet l-attur Taljan Carlo Pedersoli, magħruf bħala Bud Spencer



Bħal-lum 5 snin ilu (fl-2016), miet l-attur Taljan Carlo Pedersoli, magħruf bħala Bud Spencer, li ħa sehem f’numru ta’ films hekk imsejħa bħala ‘spaghetti westerns’.


Spencer, li kien ukoll għawwiem professjonali u plejer tal-waterpolo, ħa sehem f’aktar minn 20 film bejn il-ħamsinijiet u t-tmeninijiet, fosthom ‘Double Trouble’, ‘Go For It’, ‘Ace High’, ‘They Call me Trinity’ u ‘A Friend is a Treasure’. B’mod frekwenti, Spencer kien jidher flimkien ma’ Terence Hill, li ismu proprja kien Mario Girotti. Bħala għawwiem, Spencer kien irrappreżenta lill-Italja fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1952 u l-1956 u bħala plejer tal-waterpolo, kien kiseb medalja tad-deheb fil-logħob Mediterranju li kien sar f’Barċellona fl-1955. Spencer kien gradwat fil-liġi u, aktar tard f’ħajtu, daħal fil-politika.


Id-debutt tiegħu bħala attur kien fl-1950 fil-film ‘Quel Fantasma di Mio Marito’ u, fl-1967, beda jinqeda bl-isem ta’ ‘Bud Spencer’ bħala l-isem professjonali tiegħu.

bottom of page