top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Bħal-lum 52 sena ilu Neil Armstrong isir l-ewwel persuna li rifes fuq wiċċ il-qamar



Bħal-lum 52 sena ilu (fl-1969), il-modulu lunari Apollo, imsejjaħ Eagle, li kien qed iġorr l-astronawti Neil Armstrong u Edwin (“Buzz”) Aldrin, niżel fuq il-qamar, u sigħat wara, Armstrong sar l-ewwel persuna li qatt rifes fuq wiċċ il-qamar.


Il-missjoni Apollo 11, li kienet l-ewwel titjira li bagħtet lin-nies fuq il-qamar, imsemmija wara l-alla Grieg Apollo, ġiet organizzata mill-grupp spazjali Amerikan NASA. Fis-16 ta’ Lulju 1969, ir-rokit li kien qed iġorr lil Armstrong, Aldrin u lil Michael Collins, tela’ fl-ispazju. Sagħtejn wara, il-modulu tal-passiġġieri (magħmul minn żewġ partijiet - Eagle u Columbia) inqata’ kompletament minn mar-rokit. Fl-20 ta’ Lulju 1969, Eagle niżel b’mod sigur fuq il-qamar b’Armstrong u Aldrin abbord, filwaqt li Collins baqa’ jorbita madwar il-qamar permezz ta’ Columbia.


Dakinhar tas-16 ta’ Lulju, miljuni ta’ nies minn madwar id-dinja segwew it-titjira ta’ Apollo 11 fuq it-televixin. L-ewwel kelmiet li qal Armstrong malli niżel fuq il-qamar kienu “that's one small step for [a] man, one giant leap for mankind”.

bottom of page