top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Bħal-lum 529 sena ilu ġiet “skoperta” dinja ġdida, li wisq probabbli kienet San Salvador



Bħal-lum 529 sena ilu (fl-1492), ġiet “skoperta” dinja ġdida, li wisq probabbli kienet San Salvador, hekk kif biċċa art intlemħet fil-Karibew minn wieħed mit-tliet vapuri li pparteċipaw fil-vjaġġ storiku ta’ Christopher Columbus.


Fl-aħħar tas-seklu 15, kien sar kważi impossibbli biex taqsam mill-Ewropa għall-Asja bl-art, hekk kif ir-rotta kienet twila u peżanti, u kien sar wisq diffiċli biex tevita lill-għadu matul il-vjaġġ. Għaldaqstant, in-navigaturi Portugiżi kienu tal-idea li jsolvu dil-problema billi jirrikorru għall-baħar, billi jsalpaw lejn in-Nofsinhar ma’ tul il-kosta Afrikana tal-Punent u madwar il-Cape of Good Hope. Madankollu, Columbus ippropona idea differenti; dik li jsalpaw lejn il-Punent u jaqsmu l-Oċean Atlantiku minflok iduru mal-kontinent Afrikan. Kien determinat li jfittex rotta diretta mill-Ewropa għall-Asja. Però, dan ma ġara qatt għax matul il-vjaġġ ġiet “skoperta” l-Amerka.


Minkejja li hu ma skopriex eżattament din id-dinja l-ġdida, għax miljuni ta’ persuni kienu diġà qed jabitaw hemmhekk, il-vjaġġi tiegħu mmarkaw il-bidu ta’ sekli ta’ esplorazzjoni u kolonizzazzjoni tal-Amerka ta’ Fuq u ta’ Isfel.


Minn Benjamin Camilleri


bottom of page