Lara Michelle Camilleri
Bħal-lum 59 sena ilu, twieled l-attur Amerikan Thomas Cruise Mapother IV, jew aħjar, Tom Cruise

Bħal-lum 59 sena ilu (fl-1962), twieled l-attur Amerikan Thomas Cruise Mapother IV, jew aħjar, Tom Cruise, li hu fost l-aktar irġiel popolari f’Hollywood, magħruf għall-apparenza attraenti tiegħu kif ukoll għall-versatilità.
L-ewwel films li qatt deher fihom kienu Endless Love, Taps u The Outsiders. Cruise rnexxielu jikseb il-fama permezz tal-ewwel irwol prinċipali tiegħu fil-film Risky Business, tant li dan witta t-triq għal iktar suċċessi, fosthom f’Top Gun, Legend, Cocktail u Rain Man.
Cruise ġie nnominat għal tliet Academy Awards filwaqt li kiseb tliet Golden Globe Awards. Cruise huwa fost l-aktar atturi mħallsa f’Hollywood.