top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Bħal-lum 60 sena ilu, twieldet Diana Frances Spencer, il-Prinċipessa ta’ Wales, f’Norfolk.



Bħal-lum 60 sena ilu (fl-1961), twieldet Diana Frances Spencer, il-Prinċipessa ta’ Wales, f’Norfolk, magħrufa wkoll bħala ‘Lady Di’ jew ‘Princess Di’.


Il-Prinċipessa Diana kienet il-mara tal-Prinċep Charles, li kien il-Prinċep ta’ Wales; omm il-Prinċep William, li hu t-tieni eredi tat-Tron Ingliż, u l-Prinċep Harry; kif ukoll waħda mill-aktar ċelebritajiet popolari sal-lum il-ġurnata. Diana saret Lady Diana Spencer meta missierha wiret it-titlu ta’ Earl Spencer fl-1975. Meta kienet għadha żgħira, dejjem xtaqet issir ballerina, madanakollu, it-tul tagħha ċaħħadha milli twettaq il-ħolma tagħha. Minkejja li bejn il-Prinċep Charles u l-Prinċipessa Diana kien hemm 13-il sena differenza fl-età, ir-relazzjoni tagħhom wittiet it-triq għaż-żwieġ wara biss 13-il laqgħa li l-koppja kellha flimkien.


Il-Prinċipessa Diana mietet f’inċident bil-karozza f’Pariġi, fil-31 t’Awwissu 1997, waqt li kienet qed tipprova tevita l-paparazzi.

bottom of page