Lara Michelle Camilleri
Bħal-lum 65 sena ilu (fl-1956), twieled l-attur Amerikan Tom Hanks

Bħal-lum 65 sena ilu (fl-1956), twieled l-attur Amerikan Thomas J. Hanks, jew aħjar, Tom Hanks, li hu l-aktar magħruf għall-personalità allegra tiegħu, tant li għenitu biex jikseb diversi partijiet prinċipali f’numru ta’ films popolari.
Fit-tmeninijiet beda jesperimenta bil-komiċità, fosthom fis-serje televiżiv Bosom Buddies, u fil-films Splash, Bachelor Party, Volunteers u The Money Pit. Aktar tard beda jikkombina l-komiċità mad-drama, fosthom f’ Nothing in Common u Big. Fid-disgħinijiet, kiseb żewġ Oscars – l-ewwel wieħed fl-1994 għal Philadelphia u t-tieni fl-1995 għal Forrest Gump.
Il-vuċi ta’ Hanks ġiet mislufa lill-karattru Sheriff Woody Pride f’Toy Story. F’April ta’ kull sena, jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali ta’ Tom Hanks.