top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Bħal-lum 7 snin ilu jiġġarraf l-ajruplan tal-passiġġieri Malaysia Airlines, waqt it-titjira MH17



Bħal-lum 7 snin ilu (2014), l-ajruplan tal-passiġġieri Malaysia Airlines, waqt it-titjira MH17, iġġarraf u nħaraq f’territorju ġewwa l-Ukrajna.


Il-298 passiġġier abbord, bil-maġġoranza tagħhom ċittadini Netherlandiżi, tilfu ħajjithom fit-tiġrif tal-ajruplan. Minn investigazzjoni Olandiża li saret iktar tard, ġie konkluż li missila Russa ġiet sparata lejn l-ajruplan.


Għal din il-linja tal-ajru, dan kien it-tieni diżastru tagħha fl-istess sena, wara l-għajbien tat-titjira 370 fit-8 ta’ Marzu. It-titjira MH17 kienet skedata b’mod normali, minn Amsterdam għal Kuala Lampur.

bottom of page