Lara Michelle Camilleri
Bħal-lum 79 sena ilu, Anne Frank u familtha ddeċidew li jgħixu f’moħba f’Amsterdam

Bħal-lum 79 sena ilu (fl-1942), waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, Anne Frank u familtha ddeċidew li jgħixu f’moħba f’Amsterdam – esperjenza li Anne Frank stess iddokumentat fi djarju li spiċċa sar parti mil-letteratura klassika fuq il-gwerra, liema djarju kienet qalgħetu f’għeluq sninha.
Matul is-snin li damu moħbija wara xkaffa tal-kotba fil-bini fejn missier Anne kien jaħdem, Anne rrakkuntat jum b’jum minn xiex għaddiet, fosthom, kitbet dwar l-adolexxenza tagħha, dwar tamietha għal futur aħjar, dwar x’kien jirritaha kif ukoll dwar il-biża’ li hi u familtha jinqabdu. L-aħħar rakkont ta’ Anne kien fl-1 t’Awwissu 1944 hekk kif, tlett ijiem wara, il-moħba tagħhom ġiet skoperta mill-Gestapo.
Fl-1957, ġiet stabbilita l-Anne Frank House bl-għan li tiġi ppreservata l-moħba tagħha u ta’ familtha.