top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Bħal-lum 8 snin ilu jitwieled George, l-ewwel tifel tal-Prinċep William u Kate Middleton



Bħal-lum 8 snin ilu (fl-2013), twieled il-Prinċep George Alexander Louis ta’ Cambridge, li jiġi l-ewwel tifel tal-Prinċep William u Kate Middleton, li huma d-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge.


It-twelid tal-Prinċep George, li huwa t-tielet eredi tat-Tron Ingliż wara missieru, il-Prinċep William, u n-nannu, il-Prinċep Charles, kien mistenni mid-dinja kollha. Saħansitra għadd ta’ ġurnalisti kienu anki kkampjaw quddiem l-isptar St Mary, l-istess sptar li fih twieldu l-Prinċep William u l-Prinċep Harry, biex jirnexxilhom jiġbdu filmat tal-wasla tal-Prinċep George.


It-twelid tiegħu jibqa’ mfakkar, għall-ewwel darba mir-renju tar-Reġina Vittorja ’l hawn, li tliet ġenerazzjonijiet fil-linja dritta jinsabu ħajjin fl-istess ħin.

bottom of page