Lara Michelle Camilleri
Bħal-lum sentejn ilu, il-kumpanija Volkswagen temmet għalkollox il-produzzjoni tal-karozza Beetle

Bħal-lum sentejn ilu (fl-2019), il-kumpanija Ġermaniża tal-karozzi Volkswagen temmet għalkollox il-produzzjoni tal-karozza Beetle, liema mudell, inizjalment, kien ġie introdott fl-1938.
Matul is-snin, il-karozza spazjuża bis-saqaf ittundjat u bil-magna fuq in-naħa ta’ wara kienet saret ikona tal-kultura pop. Id-disinjatur Ferdinand Porsche kien ħareġ bl-idea li s-saqaf ikun għat-tond, tant li d-disinn kien sar popolari daqs il-flixkun tal-Coca-Cola. Fl-1938, Adolf Hitler kien sejjaħ din il-vettura “the Strength Through Joy Car”.

Minkejja li l-produzzjoni tal-Beetle twaqqfet b’mod ġenerali fl-2003 minħabba l-emissjonijiet, il-liġijiet laxki tal-Messiku ħallew il-produzzjoni tal-Beetle tkompli għal iżjed żmien.