Lara Michelle Camilleri
Bugs Bunny jagħlaq 81 sena

Bħal-lum 81 sena ilu (fl-1940), Warner Brothers nedew il-film qasir A Wild Hare ta’ Looney Tunes, fejn deher għall-ewwel darba l-karattru ta’ Bugs Bunny kif nafuh illum.
Il-frażi famuża “What’s up, Doc?” baqgħet popolari ma’ dawk li jsegwu lil Bugs Bunny. Bugs inħoloq fl-aħħar tat-tletinijiet minn Warner Brothers. L-animatur Ben “Bugs” Hardaway ħażż l-ewwel abbozz tal-karattru, liema karattru ġie msemmi Bugs’ Bunny mill-impjegati ta’ Warner Brothers.
Forma preliminari ta’ Bugs kienet dehret fl-1938 fil-filmat qasir iswed u abjad Porky’s Hare Hunt ta’ Hardaway.