top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

EURO 2020: Is-16-il tim li avvanzaw għall-fażi li jmiss



Il-fażi eliminatorja tal-EURO 2020 tlestiet nhar l-Erbgħa bis-16-il tim issa mogħtija ftit jiem biex jirkupraw u jagħmlu strateġija għal-logħob li jmiss.

Liema timijiet se javvanzaw?


  • Ir-rebbieħa tal-grupp huma: l-Italja, il-Belġju, in-Netherlands, l-Ingilterra, l-Iżvezja, u Franza.

  • Ir-'runners-up' tal-grupp huma: Wales, id-Danimarka, l-Awstrija, il-Kroazja, Spanja, u l-Ġermanja.

  • L-aħjar timijiet fit-tielet post huma: l-Iżvizzera, ir-Repubblika Ċeka, l-Ukraina, u l-Portugall.

Meta huma l-logħbiet li jmiss?

Il-fażi tan-knockout tibda nhar is-Sibt (26 ta' Ġunju) b'partita bejn Wales u d-Danimarka fis-6:00pm f’Amsterdam. L-Italja u l-Awstrija se jissieltu tliet sigħat wara, f'Wembley. Fis-27 ta' Ġunju se naraw lin-Netherlands jilagħbu mar-Repubblika Ċeka u l-Belġju jiltaqgħu mal-Portugall. Nhar it-Tnejn se naraw lill-Kroazja ma' Spanja, u Franza mal-Iżvizzera, filwaqt li l-Ingilterra u l-Ġermanja kif ukoll l-Iżvezja u l-Ukraina se jilagħbu l-jum ta' wara.


bottom of page