top of page
ME
NU
  • Writer's pictureClayton Saliba

Fuga Modus - Ilwien sottili f'esibizzjoni mtellgħa minn Joyce Camilleri



B’ispirazzjoni mill-poeta Czeslaw Milosz, dan ix-xogħol ta’ Joyce Camilleri beda fi żmien meta s-safar kien ipprojbit, u l-artista rħitilha lejn postijiet ambigwi tal-pajsaġġ, f’lok fejn is-silenzju u t-trankwillità jirrenjaw.


Joyce Camilleri

Fuga Modus, li bl-Ingliż tfisser Flight Mode, hu xogħol artistiku li joħloq dak il-mument meta aħna nitfgħu l-mowbajl fuq flight mode ladarba l-ajruplan iħalli l-art. Il-bżonn li naħarbu mir-realtà jittradixxi l-aspettattivi tagħna mill-ħajja; infittxu l-bżonn tan-natura meta l-ibliet jibdew jifgawna. Natura li tittrijonfa f’postijiet ħielsa mill-bniedem iżda l-ħelsien hu wieħed parzjali minħabba l-preżenza tal-artista li fis-silenzju kienet qed tittawwal... inkarnazzjoni tal-omnipreżenza umana li hi viżwalment assenti.



Il-manipulazzjoni tal-karta u l-użu limitat tal-paletta joħorġu l-intensità tal-kuluri griżi u skuri mħallta mal-iswed bellusi u lwien sottili tal-karta moħbija.


Din il-kollezzjoni se tkun esebita kuljum sas-16 ta' Awwissu 2021, f' 'Il-Kamra ta' Fuq', 4, New Life Bar, Misraħ il-Knisja, l-Imqabba, bejn is-6:00am u 12:00pm.


Żur www.artsweven.com



bottom of page