top of page
ME
NU
  • Writer's pictureClayton Saliba

Gatherings - Esibizzjoni mtellgħa minn Debbie Bonello


Din il-kollezzjoni mtellgħa minn Debbie Bonello turi folla anonima, individwi solitarji jaqsmu spazju komuni. Din l-idea, li oriġinat fl-2016, kienet bil-mod il-mod inċanata f'din l-esibizzjoni msejħa 'Gatherings', b'tema li ħadet identità ġdida minħabba l-bidu tal-pandemija.


Debbie Bonello

Il-prominenza tad-daqqa tal-pinzell tistieden lill-viżitaturi biex jaħsbu dwar dawn il-forom universali b'libertà sħiħa għall-interpretazzjoni. Din il-kollezzjoni kkaratterizzata mill-pandemija, li baqgħet miżmuma fl-istudju tal-artista, hi introspettiva u tistedinna nirriflettu dwar iż-żmien li nqattgħu weħidna. Din tagħti framment ta' komfort lil kull min iħoss in-nuqqas tal-laqgħat soċjali.





Din il-kollezzjoni se tkun esebita kuljum sal-15 ta' Ġunju 2021, f' 'Il-Kamra ta' Fuq', 4, New Life Bar, Misraħ il-Knisja, l-Imqabba, bejn is-6:00am u 12:00pm.


Żur www.artsweven.com





bottom of page