Isma' Ftit
Għada u l-Ġimgħa t-temperatura mistennija tinħass mal-40 grad Celsius

Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, għada u l-Ġimgħa t-temperatura mistennija tilħaq it-38 grad Celsius u tinħass mal-40 grad Celsius f'xi waqtiet. Importanti li nixorbu l-ilma matul dawn il-ġranet. Temperatura għolja tfisser li l-ġisem jitlef l-ilma aktar malajr u jista’ jfisser ukoll għeja jew xemxata. Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd għalkemm l-aktar persuni vulnerabbli huma l-anzjani, trabi u tfal żgħar kif ukoll dawk b’kundizzjonijiet kroniċi. Hu importanti illi wieħed ma jkunx fix-xemx bejn l-10:00 am u l-4:00 pm, u li jixrob l-ilma kontinwament.
