top of page
ME
NU
  • Writer's pictureMaria Ellul

Għal darb'oħra m'għandna l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19



Illum, għal darb'oħra f'pajjiżna, m’għandna l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19 u l-każijiet attivi niżlu għal 33.


Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar ukoll li llum, għall-ewwel darba mis-7 ta’ Marzu 2020, m’għandna l-ebda pazjent bil-COVID-19 fl-isptarijiet tagħna.


Intant, sal-lum ħa jkunu ngħataw aktar minn 615,000 doża tal-vaċċin, b’79% tal-adulti f’Malta ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża.

bottom of page